Lura għall-websajt / Back to website

Ġimgħa Santa Venera 2026

7–14 ta’ Novembru 2026 · Il-ħinijiet kollha huma ta’ Malta / All times are local to Malta.

2026-11-07 · 17:00–21:00

Wirja ta’ Mario Coleiro

Mario Coleiro’s exhibition

Casa Leone, Triq il-Kbira San Ġużepp

Skopri Santa Venera permezz ta’ għażla ta’ oġġetti, ritratti u materjal ieħor miġbur mill-istoriku Vendriż Mario Coleiro.

Wirja ddedikata lill-istorja u l-identità tal-lokalità, li tagħtina l-opportunità napprezzaw it-tradizzjonijiet u l-memorja kollettiva tal-komunità tagħna.

Discover Santa Venera through a selection of objects, photographs and other material brought together by local historian Mario Coleiro.

An exhibition dedicated to the locality’s history and identity, offering an opportunity to appreciate its traditions and the community’s collective memory.

2026-11-08 · 08:15

Infakkru

We remember

Il-parata tibda minn Triq Patri Ġwann Azzopardi

Mument ta’ rispett, gratitudni u tifkira lejn dawk kollha li ħallewna, b’ġieħ speċjali lill-vittmi tal-gwerra.

Fit-08:15 tibda parata mmexxija mis-Santa Venera Scouts u s-Santa Venera Girl Guides, bis-sehem tas-Sindku, il-Kunsill Lokali, l-għaqdiet lokali u l-pubbliku.

Il-parata titlaq minn Triq Patri Ġwann Azzopardi u tgħaddi minn Triq Patri Ġustin Sant, Triq Dun Xand Cortis, Misraħ Santa Venera, Triq Misraħ il-Barrieri, Triq l-Imsida u Triq il-Kbira San Ġużepp sal-Knisja Parrokkjali.

Mal-wasla ssir quddiesa kommemorattiva, segwita minn ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri quddiem il-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra.

A moment of respect, gratitude and remembrance for all those who have passed away, with a special tribute to the victims of war.

At 08:15, a parade led by the Santa Venera Scouts and Santa Venera Girl Guides brings together the Mayor, Local Council, local organisations and the public.

The route starts at Triq Patri Ġwann Azzopardi and continues through Triq Patri Ġustin Sant, Triq Dun Xand Cortis, Misraħ Santa Venera, Triq Misraħ il-Barrieri, Triq l-Imsida and Triq il-Kbira San Ġużepp to the Parish Church.

A commemorative Mass follows the parade, before a flower-laying ceremony at the War Victims Monument.

2026-11-08 · 09:00–13:00

Mużew Tekniku

Technical Museum

Istitut Tekniku Vincenzo Buġeja

Għat-tieni edizzjoni, l-Istitut Tekniku Vincenzo Buġeja jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku permezz tal-Mużew Tekniku.

Żjara li tagħti ħarsa lejn il-wirt industrijali u edukattiv ta’ pajjiżna, f’post li jorbot l-għarfien mal-istorja.

For its second edition, the Vincenzo Buġeja Technical Institute opens its doors to the public through the Technical Museum.

Explore Malta’s industrial and educational heritage in a setting where knowledge meets history.

2026-11-08 · 09:00–21:00

Wirja ta’ Mario Coleiro

Mario Coleiro’s exhibition

Casa Leone, Triq il-Kbira San Ġużepp

Il-wirja tal-istoriku Vendriż Mario Coleiro tkompli nhar il-Ħadd, b’għażla ta’ oġġetti, ritratti u materjal ieħor marbut mal-istorja u l-identità ta’ Santa Venera.

Opportunità biex tiskopri aktar dwar il-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet Vendriżi, u tapprezza l-memorja kollettiva tal-komunità tagħna.

Local historian Mario Coleiro’s exhibition continues on Sunday, with a selection of objects, photographs and other material connected to Santa Venera’s history and identity.

An opportunity to discover more about local cultural heritage and traditions, and appreciate the community’s collective memory.

2026-11-09 · 17:30

Nilgħabu u Nitgħallmu

Play and learn

Mużew tal-Bniet

Attività edukattiva u interattiva ddedikata lit-tfal, li jippreżentaw xogħol dwar l-istorja, il-wirt u l-identità ta’ Santa Venera.

It-tfal jaqsmu l-għarfien u l-kreattività tagħhom mal-pubbliku. Il-programm jinkludi wkoll mument ta’ rikonoxximent għall-parteċipanti, biex niċċelebraw it-talent, l-impenn u l-immaġinazzjoni tagħhom.

An educational, interactive activity where children present work about Santa Venera’s history, heritage and identity.

Children share their knowledge and creativity with the public. A moment of recognition for the participants celebrates their talent, commitment and imagination.

2026-11-10 · 08:30

Flimkien mal-Anzjani

Together with our older residents

Knisja Parrokkjali u Miriam Hall

Niċċelebraw lill-anzjani u l-kontribut tagħhom fil-komunità tagħna.

Il-programm jibda b’quddiesa, segwita minn divertiment, ikel u xorb f’atmosfera ta’ ħbiberija u għaqda. Opportunità biex l-anzjani jiltaqgħu u jqattgħu ħin sabiħ flimkien.

A celebration of our older residents and their contribution to the community.

The programme begins with Mass, followed by entertainment, food and drinks in a friendly atmosphere. An opportunity to meet and enjoy time together.

2026-11-11 · 18:30

Inġeddu l-Lokal

Renewing our locality

Razzett, Ġnien Romeo Romano

Taħdita pubblika dwar il-bidu u l-iżvilupp tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera matul is-snin, u r-rwol tiegħu fit-tkabbir u l-ġid tal-komunità.

Il-programm jinkludi diskussjoni miftuħa mar-rappreżentanti tal-Pulizija. Ir-residenti jistgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom, iqajmu temi ta’ interess u jiddiskutu l-isfidi u l-opportunitajiet għall-kwalità tal-ħajja f’Santa Venera.

A public talk on the beginnings and development of Santa Venera Local Council, and its role in the community’s growth and wellbeing.

An open discussion with Police representatives gives residents the opportunity to share views, raise local issues and discuss challenges and opportunities for quality of life in Santa Venera.

2026-11-12 · Ħin mhux speċifikat / Time not specified

Ċelebrazzjoni Reliġjuża

Religious celebration

Attività privata — b’invit biss / Private activity — by invitation only

Kappella ta’ CINI

Se ssir quddiesa privata fil-kappella ta’ CINI għall-pazjenti tal-Hospice, bil-parteċipazzjoni ta’ mistiedna magħżula.

A private Mass will be held in the CINI chapel for Hospice patients, with selected invited guests.

2026-11-12 · 13:00

Il-Marċ tat-Tfal

The children’s march

Skola Primarja ta’ Santa Venera

L-Iskola Primarja ta’ Santa Venera tilqa’ l-Marċ tat-Tfal, attività li tiġbor lit-tfal f’atmosfera ta’ ferħ, kulur u ċelebrazzjoni.

Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika u l-Kumitat Festi Esterni.

Santa Venera Primary School hosts the Children’s March, bringing children together in an atmosphere of joy, colour and celebration.

Organised by Santa Venera Local Council in collaboration with the Philharmonic Society and the External Festivities Committee.

2026-11-13 · 18:30

Il-Futur f’Idejna

The future in our hands

Razzett, Ġnien Romeo Romano

Iż-żgħażagħ għandhom sehem fil-futur tal-komunità. Permezz ta’ workshops interattivi u diskussjonijiet miftuħa, jistgħu jaqsmu l-ideat tagħhom u jikkontribwixxu għal bidla pożittiva fil-lokalità.

Wara l-workshops u d-diskussjoni, il-programm ikompli b’avveniment mużikali b’DJ, f’atmosfera ta’ divertiment u ħbiberija.

Young people have a part in the community’s future. Interactive workshops and open discussions offer the opportunity to share ideas and contribute to positive change in the locality.

After the workshops and discussion, the programme continues with DJ entertainment in a friendly atmosphere.

2026-11-14 · 18:45

Ċerimonja

Main ceremony

Misraħ Santa Venera

F’Jum Santa Venera, niċċelebraw l-identità u l-għaqda tal-komunità fiċ-ċerimonja ewlenija tal-ġimgħa.

Nar tal-ajru u tal-art, marċi mill-banda u armar fil-pjazza jagħtu dehra festiva lill-okkażjoni.

Matul il-lejla jingħataw Rikonoxximenti, Mertu u Ġieħ Santa Venera lil individwi u għaqdiet, bħala apprezzament għall-kontribut siewi tagħhom lejn il-lokalità.

On Santa Venera Day, the week’s main ceremony celebrates the community’s identity and unity.

Aerial and ground fireworks, band marches and decorations in the square create a festive atmosphere.

The evening includes the presentation of Rikonoxximenti, Mertu and Ġieħ Santa Venera to individuals and organisations, recognising their valued contribution to the locality.

Il-kalendarju interattiv / Interactive calendar